Id-deċiżjoni tal-Gvern Laburista li jankra tanker tal-gass fil-bajja ta’ Marsaxlokk, is-sitwazzjoni tax-xogħol f’pajjiżna u l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew se jkunu diskussi illejla fit-tmienja u nofs matul il-programm Iswed fuq l-Abjad.
Se jkun diskuss wkoll l-għejbien tal-ajruplan tal-linja tal-ajru tal-Malasja.
Fl-aħħar parti tal-programm il-preżentatur tal-programm Xarabank, Peppi Azzopardi jwieġeb għal akkużi li qed isiru minn uħud li, fl-aħħar sena ta’ Gvern Laburista, il-programm Xarabank ma ddiskuthiex temi ta’ natura politika u kontroversjali kif kien jiġri taħt amministrazzjoni nazzjonalista.
Għalhekk, illejla, fit-tmienja u nofs, flimkien mal-preżentatur Frank Psaila u l-mistiedna tiegħu, il-programm Iswed fuq l-Abjad fuq Net Television.
//= $special ?>

