Lokali

Residenti tas-Swieqi jsibu t-tyres tal-karozzi mqattgħin

Residenti ta’ Triq is-Swieqi, is-Swieqi tkellmu ma’ maltarightnow.com dwar kif meta qamu dalgħodu sabu t-tyres tal-karozzi tagħhom vandalizzati u mqattgħin. Ir-residenti qalulna li kieku ssir għassa tal-Pulizija fis-Swieqi, każijiet bħal dawn ikunu jistgħu jiġu evidati.

Il-Gvern Laburista huwa xettiku li jagħmel għassa tal-pulizija fil-lokalità tas-Swieqi u dan minkejja li hemm il-post lest fejn din tista’ ssir.

Il-Gvern qiegħed jinjora l-ħtieġa ta’ aktar sigurtà f’din il-lokalità u r-residenti jbagħtu ħafna mill-problema ta’ storbju u vandaliżmu minħabba li jinsab viċin Paceville.

F’kummenti li kien ta lil-maltarightnow.com xi xhur ilu, is-Sindku Noel Muscat qal li l-għassa tista ssir fiċ-Ċentru Ċiviku ġdid li tlesta minn amministrazzjoni preċedenti.

swieqi-park-2004