Ritratti meħuda mis-satellita li juru bċejjeċ fin-Nofsinhar tal-Oċean Indjan qed jiġu investigati mill-Awtoritajiet Ċiniżi hekk kif potenzjalment jistgħu jkunu fdalijiet tal-ajruplan tal-linja tal-ajru tal-Malasja li għeb ġimgħat ilu.
L-Aġent Ministru tat-Trasport tal-Malasja qal li filwaqt li l-awtoritajiet Ċiniżi mistennija jagħtu aktar dettalji matul il-ġurnata tas-Sibt, ir-ritratti mis-satellita juru bċejjeċ kbar 30 metru bi 22 metru. Iċ-Ċina huwa wieħed minn 26 pajjiż involuti fit-tfittxija għal dan l-ajruplan, li ħafna mill-persuni abbord l-ajruplan huma fil-fatt ta’ nazzjonalità ċiniża.
L-ajruplan Boeing-777-200 għeb waqt titjira minn Kuala Lumpur lejn iċ-Ċina u mifhum li kien hemm 239 persuna fuq dan l-ajruplan.
//= $special ?>

