Edukazzjoni

Studju dwar l-inklużjoni ta’ persuni b’diżabilità

Is-sistema edukazzjoni inklussiva u kif inhi implimentata fl-iskejjel tagħna se tkun il-qofol ta’ studju li se jkun evalwat matul ix-xhur li ġejjin.

Dan tħabbar f’konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo flimkien ma’ rappreżentanti mill-European Agency for Special Needs and Inclusive Education.

Cor Meijer direttur tal-aġenzija kkumisjonata biex tmexxi dan l-istudju spjega kif bejn Mejju u Settembru se jsiru fost l-oħrajn diskussjonijiet mal-istakeholders, kwestjonarji u focus groups mal-ġenituri u għalliema, sabiex fl-aħħarnett jiġu preżentati r-rakkomandazzjonijiet lil Ministeru għal ħabta ta’ Diċembru.

Dan l-istudju, spjega l-Ministru Bartolo se jkun it-tielet wieħed tax-xorta tiegħu wara oħrajn li saru, bl-aħħar wieħed ikun taħt amminsitrazzjoni preċedenti disa’ snin ilu.