Tarxien Rainbows ……4
Qormi …………………0
Tarxien Rainbows> N. G. Vella, C. Mamo, L. Martinelli, L. Conglaves De Silva, D. Toure, R. Sammut, C. Menendez Hevia, D. Mariano Bueno, J. Mifsud, S. Bonnici, J. Santos Silva
Sost> M. Ciantar flok L. Martinell 68 min, K. Pulo flok L. Conglaves De Silva 89 min., W. Barbosa flok C. Menendez Hevia 90 min.
Qormi> M. Farrugia, R. Sammut, E. Vella, G. Gianola, D. Pisani, S. QUinteri, R. Bajada, G. Da Silva, L. Grech, A. Effiong, J. Pereira Da Silva
Sost> T. Caruana flok S. Quinteri 66 min., D. Pirotta flok L. Grech 85 min.
Imwissija> G. Gianola 17 min, A. Effiong 54 min, J. Pereira Da Silva 70 min. (Q) J. Mifsud 31 min, L. Martinelli 57 min, C. Mamo 61 min. D. M. Bueno 86 min (T)
Skurja> C. Mamo 18 min, L. Conglaves De Silva 63 min., D. Mariano Bueno 82 min., R. Sammut o.g. 92 min (T)
Referee> Adrian Azzopardi
Il-mument Plejer tal-Logħba> D. Toure (TR)
Tarxien Rainbows iddominaw lil Qormi u telgħu fil-quċċata tar-Relegation Pool wara rebħa 4-0 minkejja li kellna nistennew sat-13-il minuta għall-ewwel azzjoni.
Duncan Pisani ħarab mal-linja, għadda lejn in-nofs u sab lil Alfred Effiong żmarkat imma minn pożizzjoni tajbax-xutt tiegħu għadda ftit barra.
Tarxien irrispondew fit-18-il minuta. Gianola waqqa’ lil Bueno barra l-kaxxa l-kbira, ir-referee saffar għal freekick li nkariga minnu Carlo MAMO li b’xutt bid-dawra għeleb lil Farrugia biex fetaħ l-iskor favur Tarxien.
Fit-32 minuta Qormi qrib il-gowl tad-draw meta minn freekick ta’ Quinteri, laqat tajjeb bir-ras Effiong imma l-goalkeeper Vella salva tajjeb.
Iż-żewġ timijiet komplew jaqsmu l-logħob tul il-kumplament tal-ewwel taqsima b’Tarxien iktar perikolużi. Fl-44 minuta t-Tarxiniżi ħarbu bil-kontrattakk. Il-ballun wasal għand De Silva li għadda lejn Ryan Sammut imma xxutt tiegħu ġie mblukkat minn Farrugia.
Fil-ħin miżjud, Santos Silva ħela ċans mill-aqwa meta rċieva kross mingħand Demba Toure fuq imma l-Brażiljan minn taħt il-lasta ma laqatx il-ballun.
Fit-tieni taqsima Qormi żiedu l-pressjoni, imma fit-63 minuta kienu Tarxien li għamluhom 2-0 meta Menendez għadda lejn Toure, kross fil-baxx u CONGLAVES minn taħt Farrugia xeħet ġewwa.
Dan il-gowl ħasad lil Qormi b’Tarxien ikomplu fuq l-attakk. Fit-73 minuta Mamo kien qrib id-doppjetta personali meta rċieva mingħand Demba Toure imma x-xutt tiegħu ġie mxellef minn Farrugia f’korner.
Bi żvantaġġ ta’ żewġ gowls, Qormi ntefgħu fuq l-attakk u ta’ dan pattew qares. Fit-78 minuta Santos Silva għadda lejn Daniel Mariano BUENO li għeleb lill-gowlkiper ta’ Qormi għal skor ta’ 3-0.
Qormi ppruvaw reazzjoni fjakka u fit-82 minuta Leighton Grech ra l-ballun iħakkek mal-mimduda wara li ġie mxellef mill-gowlkiper Vella. Fl-84 minuta pprova Effiong b’xutt dgħajjef li għal ftit ma ħarabx minn idejn Vella.
Fid-90 minuta Effiong deher ifajjar daqqa ta’ ponn lejn difensur ta’ Tarxien u mill-azzjoni li jmiss Tarxien reġgħu skurjaw. Demba Toure niżżel ballun lejn Pulo li kkrossja, d-difensur ta’ Qormi Roderick Sammut ipprova jneħħi l-periklu imma minflok spiċċa tefa’ fix-xibka tiegħu stess.
B’din ir-rebħa meritata Tarxien issa jinsabu f’pożizzjoni tajba fir-Relegation Pool waqt li minn naħa l-oħra kienet żelqa minn Qormi li qatt ma daħlu f’din il-partita.
//= $special ?>

