Internazzjonali

Tħassib dwar is-sitwazzjoni fl-Azerbaijan

Organizzazzjonijiet internazzjonali għall-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem esprimew it-tħassib tagħhom għall-aġir tal-Gvern tal-Azerbaijan fil-konfront tal-avversarji politiċi tiegħu.

Dan wara li fl-aħħar ġranet żewġ politiċi ewlenin tal-Oppożizzjoni, Ilgar Mammadov, chairman tal-grupp fl-Oppożizzjoni REAL, u Tofig Yagublu, deputat kap tal-partit Musavat kif ukoll ġurnalist, intbagħtu għal seba’ u ħames snin ħabs.

Il-grupp Human Rights Watch qal li Yangblu u Mammadov jingħaqdu ma’ lista twila ta’ attivisti politiċi li kienu arrestati u mibgħuta l-ħabs fuq akkużi inventati mill-Gvern f’Baku. Il-grupp Reporters Without Borders qal li dak li qed iseħħ fl-Azerbaijan kien persekuzzjoni politika.

Fl-Azerbaijan bħalissa hemm tmien ġurnalisti li qed jiskontaw pieni l-ħabs minħabba xogħolhom.