Tifel ta’ 9 snin residenti n-Naxxar jinsab rikoverat l-isptar Mater Dei wara li ttajjar minn karozza Mercedes Benz fi Triq Leli Falzon, in-Naxxar. Il-karozza kienet misjuqa minn raġel ta’ 45 sena residenti n-Naxxar stess.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sebgħa u kwart tal-bieraħ filgħaxija u għalkemm għall-ewwel kien maħsub li t-tifel kien f’kundizzjon kritika, dalgħodu l-Pulizija ġew infurmati li t-tifel ma kienx fil-periklu tal-mewt.
Il-Pulizija qed tinvestiga dan il-każ filwaqt li diversi esperti ġew appuntati biex jassistu fl-inkjesta maġisterjali.
//= $special ?>