Lokali

Tifla ta’ 6 snin issofri xi ksur wara li tittajjar minn karozza fil-Ħamrun

Tifla Sirjana ta’ 6 snin sfat imtajra minn karrozza Hyundai I20 propju ftit metri il-bogħod minn zebra cross li hemm quddiem il-Knisja ta’ San Gejtanu fil-Ħamrun.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3.30pm u t-tifla ttieħdet l-isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza, issofri minn ksur f’saqajha.

Sorsi li tkellmu ma’ maltarightnow.com qalulna li l-karozza kienet misjuqa minn mara li waqfet mill-ewwel biex tagħti l-ghajnuna.

Nies li raw l-inċident iseħħ qalulna li jidher li din it-tifla qabdet u qasmet it-triq. Hu mifhum li l-familja Sirjana li kienet ilha tgħix Malta kienet marret lura lejn is-Sirja madwar sentejn ilu, iżda minħabba l-inkwiet li kien hemm is-Sirja marru jgħixu t-Turkija. Jidher li l-familja ddeċidew li jiġu lura u wasslu lura Malta propju f’dawn l-aħħar ġranet.

Għal xi ħin fit-triq inġabar kwantità ta’ traffiku sakemm wasslu il-pulizija u kkordinaw it-traffiku.

Fir-ritratt tidher omm it-tifla li akkumpanjat lit-tifla lejn l-isptar.

Inċident 2