F’Venezja sar referendum b’ebda rbit legali li fih 89 fil-mija tar-residenti vvutaw favur l-indipendenza.
L-organizzaturi tar-referendum qalu li 73 fil-mija mit-2.36 miljun persuna li kellhom dritt għall-vot ivvutaw. L-organizzaturi ħadu l-ispirazzjoni għal dan ir-referendum minn dak li qed jiġri fl-Iskozja kif ukoll il-Katalonja u l-Baski fi Spanja.
Luca Zaira, il-President tar-reġjun tal-Veneto u membru tal-Lega Nord, qal li r-reġjun f’dawn l-aħħar snin tilef 85,000 impjieg. Barra minn hekk intqal li r-reġjun jagħti 71 biljun ewro lill-Gvern ċentrali f’taxxi kull sena imma hu jieħu lura 21 biljun ewro anqas f’investimenti u servizzi.
//= $special ?>
