Hemm bżonn li l-Prim Ministru Joseph Muscat jaddotta l-politika tar-raġuni u jagħmel deċiżjonijiet responsabbli. Kien dan l-appell tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil waqt ir-rally organizzat dalgħodu f’Marsaxlokk.
Fid-diskors tiegħu, Simon Busuttil tkellem dwar kif dan it-tanker tal-gass se jkun qed ipoġġi periklu bla bżonn lir-residenti kollha tar-reġjun tan-Nofsinhar . Tkellem ukoll dwar il-proposta li dan it-tanker għallinqas jitpoġġa iktar ‘il barra mill-Port u li l-argumenti li Joseph Muscat qed jagħti kontra din l-alternattiva huma nsult għall-intelliġenza tal-Maltin. Appella lill-Prim Ministru biex ma jinkwetax biss għal periklu tal-vapur imma l-periklu l-hażna tal-gass f’Marsaxlokk iġib għall-persuni li jgħixu hemmhekk.
//= $special ?>

