B’għaxar voti favur u tnejn kontra. ta’ Ryan Callus u Alex Vella, il-bord tal-MEPA ftit tal-ħin ilu approva l-proġett tal-Power Station il-ġdida tal-gass inkluż t-tanker bil-ħażna tal-gass ankrat f’nofs il-bajja ta’ Marsaxlokk.
Vot li ttieħed wara laqgħa pubblika ta’ kwazi tmien siegħat li kienet ilha ghaddejja mill-għaxra ta’ dalghodu fiċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi l-Belt Valletta. Bil-MEPA toħroġ il-permess għal dan il-proġett minkejja l-appelli kollha li saru fl-aħħar ġimgħat kontra l-proġett, u l-pariri tal-esperti kontra minħabba s-sigurta’ tar-residenti.
Fi tmiem il-laqgħa, bl-istess vot, imma b’għaxar voti kontra u tnejn biss favur, tal-istess żewġ membri tal-bord fosthom ir-rappreżentant tal-Oppożizzjoni, ma ġietx approvata mozzjoni li ressaq l-istess Ryan Callus biex id-deċiżjoni tittieħed darba oħra minħabba li ma sarx studju dwar l-impatt marittimu.
Għal-laqgħa tal-Bord tal-MEPA, attendiet folla numeruża li kienet tinkludi residenti u sajjieda mħassbin, rappreżentanti minn kunsilli lokali, għaqdiet ambjentali, Deputati Parlamentari, kif ukoll kandidati tal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew.
//= $special ?>

