Ajruplan Ċiniż, involut fit-tfittxija għat-titjira MH370 tal-Malaysian Airlines, li għebet fit-8 ta’ Marzu li għadda, lemaħ oġġetti fiż-żona tat-tiftix tiegħu. Sorsi qed jgħidu li l-oġġetti li ntlemħu jidrhu li huma relattivament kbar u kilometri ohra ‘l boghod hemm imferrxa bicciet zghar ohra bojod.
L-awtoritajiet Awstraljani nvoluti fit-tfittxija qalu li eżatt kif ġew infurmati b’dan l-aħħar żvilupp se jippruvaw jillokalizzaw preċiżament fejn jinsabu dawn l-oġġetti.
//= $special ?>
