Id-deċiżjoni li ħa l-Bord tal-MEPA favur it-tanker tal-gass ankrat f’nofs il-Bajja ta’ Marsaxlokk ittieħdet mingħajr ma saru l-istudji kollha neċessarji u wisq anqas il-Maritime Impact Assessment. L-espert imqabbad mill-Gvern George Papadakis ikkonferma dan ilbieraħ, waqt il-laqgħa pubblika tal-MEPA.
Fil-laqgħa, Papadakis sostna li t-tanker tal-gass irid jimtela bil-gass 12-il darba fis-sena. Stqarr li jekk ikun hemm leakage, din tikkawża splużjoni. Għal mistoqsija diretta mir-rappreżentant tal-Partit Nazzjonalista fuq il-Bord tal-MEPA Ryan Callus dwar x’jiġri f’każ li jkun hemm sħaba ta’ gass mill-impjant, Papadakis sostna li hemm 100% ċans li sseħħ splużjoni, kemm-il dabra jkun hemm leakage ta’ gass.
Min-naħa tiegħu, ir-rappreżentant tal-Partit Laburista fuq il-Bord Joe Sammut irrefera għall-maltempata li kienet laqtet lil Malta dakinhar tas-Summit li kien sar f’Malta bejn Bush u Gorbachev. Sammut qal li jekk ikun dak it-tip ta’ maltemp, it-tanker mhux se jkollu problemi.
Sadanittant, meta nhar it-Tnejn dan dan l-istazzjon ghamel attentat biex jaghmel mistoqsijiet kemm lic-Chairman tal-MEPA Vince Cassar kif ukoll lill-membru tal-Bord Veronique Dalli, it-tnejn li huma injoraw il-mistoqsijiet taghna fuq din id-decizjoni tal-Bord.
//= $special ?>

