Impjegati ta’ Media.Link Communications reġgħu fost il-Finalisti tal- 24 edizzjoni tal-Malta Journalism Awards. Dawn il-premijiet, organizzati mill-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM), se jsiru fit-3 ta’ Mejju fil-lukanda The Palace. Fil-perjodu sa dakinhar, il-ġurija, li l-ismijiet tagħhom se jitħabbru fis-serata finali, se tkun qed tħejji rapport dettaljat dwar is-sottomissjonijiet finalisti.
Fost il-Finalisti, f’isem Media.Link, hemm il-ġurnalist Robert Cremona, li hu finalista fis-sezzjoni tal-“Ġurnaliżmu Stampat – Aħbarijiet” u “Ġurnaliżmu Mxandar – Skript Televiżiv – Features”, il-ġurnalist sportiv Chris Micallef fis-sezzjoni “Ġurnaliżmu Mxandar Sports” u l-fotografu Joseph Galea fis-sezzjoni “Ġurnaliżmu Fotografiku”.
Sadanittant, bħalma ġara fl-edizzjonijiet mill-1998 ‘l hawn, anke din is-sena se jingħata l-Gold Award. Dan l-unur jingħata lil persuna nominata li, skont il-ġurija, matul il-karriera ġurnalistika tagħha tkun marret lil hinn minn rekwiżiti ta’ prattika normali fil-ġurnaliżmu.
//= $special ?>

