Lokali

Jaqbad blokk t’appartamenti fil-Gżira

Membri tal-Protezzjoni Ċivili t-Tlieta filgħaxija ssejħu fi Triq Testaferrata fil-Gzira biex jitfu nirien li ħakmu t-tieni sular ta’ blokk ta’ appartamenti li jinsab f’Camilleri Court.

Ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ u għad mhux magħruf x’wassal biex il-bini ħa n-nar. Dan hekk kif anke l-membri tal-Protezzjoni Ċivili kellhom jissieltu biex jiżgassaw il-bieb tal-blokk ta’ appartamenti biex ikollhom aċċess ieħor għal ġewwa.

Il-blokk ta’ appartamenti ilu numru ta’ snin ma jkun abitat. Persuni li kienu fil-post qalulna li xi snin ilu kien hemm il-ħsieb li l-blokk ta’ appartamenti tinbidel f’dar residenzjali li tilqa’ lill-anzjani.

Madankollu dan il-proġett qatt ma mmaterjalizza u l-post baqa’ diżabitat.