Il-Partit Nazzjonalista nieda forum ġdid fi ħdanu, il-Forum Professjonisti tal-Partit Nazzjonalista.
Dan il-Forum hu ffurmat minn sebgħa u għoxrin professjonist u professjonista minn oqsma differenti f’pajjizna – fost oħrajn jinkludi avukati, accountants, lecturers tal-Universita u l-MCAST, riċerkaturi, farmaċisti, ekonomisti, psikologi, infermiera, periti u ħafna oħrajn.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet li matulha tnieda dan il-forum ġdid, il-Kap tal-partit Nazzjonalista Simon Busuttil fissru bħala għalqa ta’ prospetti ġodda fi ħdan il-Partit Nazzjonalista li se jservi biex il-Partit Nazzjonalista jerga’ jsaħħah il-pont mal-professjonijiet li jaħdmu id f’id mas-socjeta’.
Filwaqt li indirizza lill-professjonisti preżenti, Simon Busuttil qal li dan irid ikun ukoll forum li jgħin lill-partit iwettaq policies u inizjattivi ġodda li joħorgu mill-qalba tal-ħidma u l-esperjenzi ta’ dawn il-professjonisti.
//= $special ?>

