Parlament

1,200 talba għal divorzju

Fid-diskussjoni fl-istadju tat-Tieni Qari dwar l-Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Att dwar iż-Ġwieġ, id-Deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici qal li f’sentejn kien hemm 1,200 talba għal divorzju. Meta wieħed iħares lura lejn il-kampanja tad-divorzju, jara li kienet ingħatat l-impressjoni li l-każi kienu ferm u ferm akbar.

Carm Mifsud Bonnici spjega li l-ftehim bejn Stat u Knisja kien jaħseb biex sentenza ta’ annullament mogħtija mit-Tribunal Ekkeleżjastiku tkun anke rikonoxxuta quddiem it-Tribunal Ċivili. Dan kien bil-għan li ma jkunx hemm il-ħtieġa ta’ ripetizzjoni tal-proċeduri. Carm Mifsud Bonnici qal li dan ir-rikonoxximent għandu jibqa’.