Internazzjonali

Tliet aġenti tas-Servizzi Sigriet ta’ Obama spiċċaw fis-sakra

Tliet aġenti tas-Servizzi Sigriet Amerikan li kienu nkarigati biex jipproteġu lill-President Amerikan Barack Obama fl-Olanda, fejn kien qabel Brussell għal laqgħa tal-G7, intbagħtu d-dar wara li filgħaxija spiċċaw fis-sakra.

Wieħed minnhom instab fis-sakra tant li ħassu ħażin f’lukanda f’Amsterdam.