Mary Virginia Jones, li għandha 74 sena, inħelset mill-ħabs wara 32 sena għal reat li qatt ma wettqet.
Hi kienet kundannata l-ħabs fl-1981 għal ħtif u qtil ta’ żewġ persuni imma issa nstab li kienet innoċenti. Dan wara investigazzjoni minn studenti tal-liġi mill-University of Souther California li fetħu mill-ġdid il-każ tagħha.
Għar-reat, li twettaq mill-maħbub tagħha, hi kienet kundannata għal għomorha l-ħabs.
Qabel ir-reat Jones qatt ma kellha problemi mal-Pulizija imma kienet bdiet tgħin lil Moses Willis li kellu l-vizzju tad-droga u kien hu li wettaq il-qtil. Hu imbagħad sar vjolenti lejn Jones u mettaq wettaq il-qtil kien konferma tli kien ipprova joqtol lilha wkoll.
//= $special ?>