Internazzjonali

Fil-Korea ta’ Fuq irid ikollhom l-istess qatgħa ta’ xagħar

L-irġiel fil-Korea ta’ Fuq issa jrid ikollhom l-istess qatgħa ta’ xagħar bħall-mexxej tagħhom Kim Jong-un.

Jidher li l-ordni ħarġet fil-kapitali Pyongyang ġimagħtejn ilu u issa qed tixtered madwar il-pajjiż.

Imma sorsi fil-Korea ta’ Fuq qalu li din l-ordni ma tantx niżlet tajjeb, l-iktar peress li l-qatgħa ma tixraqx lil kulħadd kif ukoll għaliex lil ħafna tfakkarhom f’xagħar il-kriminali Ċiniżi.

S’issa n-nies fil-Korea ta’ Fuq kellhom għażla minn 18-il tip ta’ qatgħa ta’ xagħar għan-nisa u għaxra għall-irġiel. Ftit qabel ma nħarġet din l-ordni ġdida, ir-reġim Korean beda kampanja kontra x-xagħar twil.