Futbol

Il-UEFA se tapprova Kampjonat tan-Nazzjonijiet

Il-UEFA llum mistennija li tapprova t-twaqqif ta’ ‘Kampjonat tan-Nazzjonijiet’ li permezz tiegħu t-timijiet jikkwalifikaw għat-Tazza tad-Dinja u l-Kampjonati Ewropej.

Il-kampjonat jintlagħab kull sentejn farrada fid-dati riservati għall-partiti ta’ ħbiberija u jibda wara t-Tazza tad-Dinja tal-2018.

Il-Kumitat Eżekuttiv tal-UEFA diġa appoġġja l-kompetizzjoni li għandha tieħu post il-play-offs ta’ kwalifikazzjoni ta’ turnaments maġġuri.

Spanja, l-Ġermanja, l-Italja, l-Olanda u l-Ingilterra mistennija jkunu fl-ogħla diviżjoni minn erbgħa fejn se jieħdu sehem 14-il pajjiż. Id-diviżjonijiet se jkollhom semi-finali u finali fi ground newtrali.

Fid-diviżjonijiet iż-żgħar ikun hemm finali biex tiddeċiedi l-promozzjoni kif ukoll postijiet ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja u l-Kampjonat Ewropew.

Dan il-kampjonat mhux se jieħu post turnament maġġuri ta’ kwalifikazzjoni imma se jkun qed jiddeċiedi l-postijiet ta’ kwalifikazzjoni – normalment erbgħa – li bħalissa qed jintagħżlu permezz ta’ play-offs.

Waqt li l-partiti se jintlagħbu fil-jiem riservati għall-partiti ta’ ħbiberija, xorta se jkun hemm felissibilita` għall-pajjiżi żgħar biex jirranġaw partiti ta’ ħbiberija kontra timijiet kbar Ewropej u għal pajjiżi biex jilagħbu partiti ta’ ħbiberija kontra pajjiżi mhux Ewropej.