Internazzjonali

L-għajbien tal-Malaysia Airlines: missier ta’ passiġġier jiftaħ proċess kontra l-linja tal-ajru

Missier ta’ passiġġier Indoneżjan li kien fuq l-ajruplan li għeb fit-8 ta’ Marzu fetaħ proċess fil-Qorti kontra l-linja tal-ajru Malaysia Airlines. Dan hekk kif il-qraba tal-passiġġieri qed jakkużaw lill-awtoritajiet tal-Malasja li qed jaħbu l-verità. Skont l-avukati tal-missier, dan il-proċess jiswa miljuni ta’ dollari.

Sadanittant, it-temp jidher li qaleb għall-aħjar, hekk kif kompliet it-tfittxija għall-ajruplan fl-Oċean Indjan. S’issa għadu ma ġie kkonfermat xejn dwar x’ġara mill-ajruplan, għalkemm skont il-Prim Ministru tal-Malasja, dan iġġarraf fl-Oċean Indjan.