Lokali

Marie Louise Coleiro Preca se tirriżenja mill-Parlament fl-1 t’April

Fil-Parlament, is-Segretarju Parlamentari Owen Bonnici qal li nhar it-Tlieta 1 t’April, għall-Ministru Marie Louise Coleiro Preca se tkun l-aħħar seduta tagħha hekk kif dakinhar se tippreżenta r-riżenja tagħha minn membru tal-Kamra tad-Deputati.
Dakinhar, Marie Louise Coleiro Preca se tagħmel l-aħħar diskors tagħha u hekk kif tippreżenta r-riżenja tagħha lill-iSpeaker, toħroġ mill-Kamra tar-Rappreżentanti. Imbagħad fl-assenza tagħha, se titressaq mozzjoni ta’ ringrazzjament lil George Abela għas-servizz li ta lir-Repubblika bħala President. Titressaq ukoll il-mozzjoni li permezz tagħha, Marie Louise Coleiro Preca tinħatar id-disa’ President ta’ Malta.