Il-mexxejja tal-Unjoni Ewropea, Barroso u Van Rompuy, u l-President tal-Istati Uniti Barack Obama ltaqgħu fi Brussell f’laqgħa ddominata mis-sitwazzjoni fl-Ukrajna. Obama qal li bl-azzjonijiet tagħha fil-Krimea, ir-Russja spiċċat iżolata. U kompla jżid li r-Russja marret żmerċ jekk ħasbet li bl-indħil tagħha fil-Krimea, ir-relazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti kienet se tiddgħajjef.
Il-President Amerikan Barack Obama hedded lir-Russja li jekk thedded it-territorju ta’ xi pajjiżi tan-NATO – ir-rispons se jkun wieħed imminenti. Waqt li żied li li l-Krimea għadha mhix kompletament f’idejn it-tmexxija tar-Russja peress li m’hemmx l-għarfien tal-komunità internazzjonali.
Minn Brussell Obama baqa’ sejjer l-Italja għal laqgħat mal-Gvern ġdid ta’ Renzi. Fil-Vatikan se jkollu wkoll udjenza mal-Papa Franġisku.
//= $special ?>