Ilbieraħ filgħaxija l-Gvern Laburista reġa’ uża l-maġġoranza Parlamentari tiegħu biex jivvota kontra mozzjoni mressqa mill-Oppożizzjoni, din id-darba biex ikun revokat l-Avviż Legali tal-iskema tal-bejgħ taċ-Ċittadinanza. Il-vot m’għaddiex b’39 vot kontra u 30 vot favur.
Waqt id-dibattitu tal-bieraħ, id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi ppreżenta rapport li sar għall-Ministeru tal-Intern Ingliż. Fir-rapport, jingħad bl-aktar mod ċar li r-Renju Unit m’għandux isegwi l-pass ta’ Malta bl-introduzzjoni tal-bejgħ taċ-Ċittadinanza. L-iskema Maltija hi nkwetanti ħafna, jgħid ir-rapport.
Il-Gvern Ingliż jinsab imħasseb dwar dak li qed iseħħ f’Malta, tant li qed jiġi propost li l-Ministeru tal-Intern Ingliż iressaq b’mod urġenti petizzjoni quddiem il-Kummissjoni Ewropea kontra l-iskema tal-bejgħ taċ-Ċittadinanza.
Segwi aktar fil-bulettin ta’ NET News illejla.