Se ssir fiera speċjalizzata u ddedikata għal kollox għar-raġel tal-lum, il-passjonijiet tiegħu u l-istil ta’ ħajja li jgħix. Dan l-avveniment se jsir fiċ-Ċentru għall-Fieri u l-Konvenzjonijiet f’Ta’ Qali bejn is-6 u t-8 ta’ Gunju 2014.
David Grech, id-Direttur Maniġerjali ta’ Malta Men Expo, fisser f’konferenza tal-aħbarijiet li din il-fiera se tkun qed tiċċelebra r-raġel modern fid-diversità kollha tiegħu.
Hu stqarr li għall-ewwel darba f’Malta, il-fiera se tlaqqa’ flimkien eluf ta’ irġiel u tindirizza l-istili tal-ħajja speċifiċi tagħhom – kemm jekk l-irgiel ikunu imprendituri, atleti, avventurużi jew jekk huma, għaliex le, ġenituri.
Is-Segretarju Parlamentari Edward Zammit Lewis saħaq li din il-fiera mhux biss qed tkun organizzata biex il-kburija nazzjonali tissaħħaħ, imma wkoll biex l-imprenditorija, it-tkabbir, l-unita’ u l-fiduċja permezz tal-kollaborazzjoni jkunu msaħħa.
L-eks atleta Xandru Grech qal li din il-fiera se tkun qed iġġib flimkien diversi kulturi u nies minn kull qasam tal-ħajja. Il-Malta Men Expo, sostna Grech, hi opportunita’ għall-irġiel biex jaqsmu l-esperjenzi u l-ideat tagħhom kif ukoll mezz biex jitgħallmu minn xulxin.
Għaldaqstant il-fiera se tkun avveniment interattiv fejn se jkunu organizzati diversi attivitajiet, bħal kompetizzjonijiet, wirjiet live kif ukoll id-dewqa ta’ numru ta’ inbejjed. Se jkun hemm ukoll irkant tal-karozzi.
Proprju dwar dan tkellem id-direttur tal-Malta Car Auctions Glenn Jones u fisser li l-ħsieb hu li jkunu jkunu rkantati madwar 200 karozza klassika jew kummerċjali.
//= $special ?>

