Futbol

Sliema mingħajr Ohawuchi għal kontra Valletta

Ħames plejers tal-Premier ġew sospiżi logħba kull wieħed mill-Kummissarji tad-Dixxiplina tal-MFA wara l-partiti ta’ tmiem il-ġimgħa.

Valletta u Sliema se jkollhom plejer kull wieħed nieqes għall-konfront dirett tal-Ħadd li ġej. Valletta se jkunu mingħajr il-midfielder Edmond Agius u Sliema mingħajr l-aqwa skorer tal-kampjonat Stanley Ohawuchi.

Jorge Pereira Da Silva ta’ Qormi se jitlef il-logħba kontra Floriana. Rabat se jkollhom nieqes lil Ryan Micallef kontra Naxxar Lions u Clive Brincat se jkun nieqes għal Vittoriosa Stars kontra Tarxien Rainbows.

Mill-Ewwel Diviżjoni kienu sospiżi 14-il plejer. Jesmond Caruana (Lija A) ġie sospiż żewġ partiti u George Chircop, Anthony Ewurum u Mauro Brincat (Gudja Utd), Claudio Calleja (B’Buġa SP), Yanis Tonna (Gżira Utd), Stacey Vella (Msida SJ), Raphael Kooh Sohna (Pieta` H), Neil Chetcuti (St. Andrews), Anthony Bonello u Abdul Mendy (St. George’s), Andre` Farrugia u Adrian Carabott (}ejtun C.) u Melvin Farrugia (}ebbuġ R) għal partita kull wieħed.
Mit-Tieni Diviżjoni kienu sospiżi Bronwen Bugeja u Marlon Farrugia (Marsaskala), Eric Sciberras (Mdina K), Mark Anthony Psaila u Omar Farrugia (Mqabba) u Josef Cutajar (San Ġwann) waqt li mit-Tielet Diviżjoni ġew sospiżi logħba Marlon Grech (Marsaxlokk), Jonathan Muscat (Mġarr Utd), Mark Anthony Ellul (Qrendi), Abner Dos Santos (Swieqi Utd) u Andrew Vella (Xgħajra T.).