Raġel ta’ 35 sena li kien instab ħati ta’ serqa minn ristorant fl-2001, kellu l-piena ta’ ħabs mibdula f’waħda ta’ servizz fil-komunità wara li l-Qorti tal-Appell kienet sodisfatta mill-mod kif huwa bidel ħajtu għall-aħjar.
L-Imħallef David Scicluna bidel sentenza ta’ sitt xhur ħabs għal terminu ta’ sena f’servizz fil-kommunita’ wara li ħareġ li r-raġel li kien spiċċa b’sentenza ta’ ħabs fuq rasu, spiċċa biex sab impiega u qiegħed jissetilja. Fl-10 ta’ Ottubru tal-2012, huwa kien instab ħati li seraq mir-ristorant Shaherazad Mediterranean, f’Marsaskala u li għamel ħsara fi propjeta’ privata.
Anton Vassallo kien ikkundannat sitt xhur ħabs iżda appella għax emmen li l-kastig kien wieħed sever. Huwa kien argumenta li l-Qorti tal-Maġistrati ma kienitx ikkunsidrat il-fatt li kien bidel ħajtu.
Is-serqa kienet saret lura fl-2001, u f’dawn l-aħħar snin Vassallo bidel ħajtu, sab impieg, għandu relazzjoni ma tfajla li minnha għandu tarbija u kompla miexi ‘l quddiem. Jekk jidħol il-ħabs, huwa qal, ix-xogħol utli li għamel f’dawn l-aħħar snin ma jkun serva għal xejn.
Il-Qorti tal-Appell qalet li huwa d-dover tal-Qorti li s-soċjeta’ tiġi protetta, u l-kriminali perikolużi għandhom jinżammu l-ħabs. Madankollu, l-Qorti hija wkoll responsabbli fuq ir-riforma li għadda minnha Vassallo. Xhieda li tagħat l-uffiċjal tal-probation Mariette Lanzon, li qalet li huwa minnu li Vassallo huwa persuna mibdula.
Il-Qorti tal-Appell għalhekk irrevokat is-sitt xhur ħabs u poġġiet lil Vassallo fuq ordni ta’ probation għal perjoud ta’ sena taħt ir-regolamenti ta’ servizzi fil-komunità, u jagħmel 150 siegħa xogħol ta’ volontarjat fil-komunità.
//= $special ?>