Lokali

Eżerċizzju ta’ Emerġenza għall-Evakwazzjoni tat-Terminal ġewwa l-Ajruport ta’ Malta

Eżerċizzju ta’ Emerġenza għall-Evakwazzjoni ħa issir illum fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta b’kollaborazzjoni mal-Forzi Armati ta’ Malta, Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u l-Pulizija ta’ Malta.

Malta International Airport plc qed tavża lill-pubbliku li l-Eżerċizzju ta’ Emerġenza għall-Evakwazzjoni tat-Terminal ħa ssir ġewwa l-ajruport, fis-sala taċ-Check-in.

Il-pubbliku huwa avżat biex ma jkunx allarmat bl-ebda movimenti mhux tas-soltu.

L-eżerċizzju huwa mmirat biex jiġi evalwat il-livell ta’ preparazzjoni tal-entitajiet kollha involuti, bħala parti mill-impenn li għandu l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta għas-sikurezza u s-sigurtà. L-eżerċizzju qed isir skont standards stretti stipulati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili (ICAO).

Malta International Airport plc tixtieq tirringrazzja lill-pubbliku u l-entitajiet kollha konċernati għall- kooperazzjoni waqt dan l-avveniment.