Miet fl-Isptar Mater Dei l-immigrant li t-Tnejn wara nofsinhar li għadda ttajjar fi Triq Aldo Moro fil-Marsa. L-immigrant Somalu, ta’ 19-il sena u residenti fiċ-Ċentru Miftuh tal-Marsa, kien qed jipprova jaqsam fi Triq Aldo Moro meta ttajjar minn vann Fiat Fiorino, misjuq fid-direzzjoni tal-Belt minn raġel ta’ 32 sena minn San Pawl il-Baħar.
Mal-impatt, iż-żagħżugħ ittajjar distanza ta’ madwar 24 metru għal għoli ta’ madwar sular u nofs u spiċċa fil-karreġġjata l-oħra tal-istess triq. Hu ngħata l-ewwel għajnuna fil-post minn tim mediku mill-Isptar Mater Dei qabel ma ttieħed l-Isptar għal aktar kura. Hemm, hu kien iċċertifikat li kien fil-periklu li jitlef ħajtu.
Dwar l-inċident inħatret inkjesta Maġisterjali bl-għajnuna tal-esperti tat-traffiku. L-investigazzjonijiet qed jitmexxew minn Pulizija mill-Għassa tal-Marsa.
//= $special ?>
