Fil-Vatikan illum saret l-ewwel laqgħa tal-President Amerikan Barack Obama mal-Papa Franġisku. Il-laqgħa damet madwar 50 minuta, jiġifieri ftit aktar milli kien mistenni. Qabel il-laqgħa, il-President Amerikan qal li kien ispirat mill-Papa Franġisku għall-mod kif qed jispira n-nies bil-messaġġ tiegħu ta’ umiltà.
Bħala rigal, Obama ppreżenta lill-Kap tal-Knisja Kattolika pakketti taż-żerriegħa wara li l-Papa, ftit ġranet ilu, kien stqarr li ried jiftaħ il-Ġonna ta’ Castel Gandolfo għall-pubbliku. Castel Gandolfo hu r-Residenza tas-Sajf tal-Papa.
Konvoj ta’ 26 karrozza u tmien muturi skortaw lil Obama lejn il-Vatikan u wara li telaq mis-Santa Sede, il-President Amerikan iltaqa’ mal-President Taljan Napolitano u l-Prim Ministru Renzi. Ħames snin ilu, Obama kellu wkoll laqgħa mal-Papa Benedittu XVI.
//= $special ?>