Lokali

Tingħata l-aħħar tislima lil Mark Mousu

Eks kandidat għall-elezzjoni ġenerali u eks Kunsillier Lokali ta’ San Pawl il-Baħar

Ingħatat l-aħħar tislima lil Mark Mousu, eks kandidat tal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjoni ġenerali u eks Kunsillier Lokali tal-PN fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar. L-aħħar tislima saret ilbieraħ filgħodu fil-Knisja tal-Ibraġġ.

Mousu serva fil-Kunsill Lokali bejn l-2002 u l-2005 u kkontesta fuq it-12-il distrett fl-elezzjoni ġenerali tal-2003. Hu kellu 46 sena u hu missier ta’ tifel. Għal ħafna snin, hu ħadem fi spiżerija f’San Pawl il-Baħar stess.

Fost persuni oħra, preżenti għll-aħħar tislima ta’ Mousu kien hemm Simon Busuttil, il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-PN, kif ukoll Deputati u numru ta’ uffiċjali tal-Partit.