It-Triq tal-Barrani, qrib Bulebel, tinsab magħluqa minħabba li trailer ħa n-nar.
Il-każ ġie rrapurtat għall-ħabta tal-10am u fil-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili biex jikkontrollaw in-nar.
Mill-ewwel rapporti li waslulna ma jidhirx li xi persuni sofrew xi feriti. Dan l-inċident wassal għal traffiku qawwi f’din it-triq arterjali prinċipali.
//= $special ?>
