Internazzjonali

In-NU tapprova resoluzzjoni li r-referendum fil-Krimea kien illegali

L-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti approvat resoluzzjoni li ddeskriviet ir-referendum appoġġjat minn Moska u li wassal għall-għaqda tar-Russja mal-Krimea bħala wieħed illegali. Din l-aħbar ġiet wara li l-Fond Monetarju Internazzjonali qabel ma’ ftehim dwar self mal-Ukrajna, li jammonta għal bejn $14-il biljun u $18-il biljun. Il-Kungress Amerikan ukoll għadda leġislazzjoni u appoġja garanzija għal self ta’ $1 biljun lill-Ukrajna.

Sadanittant, it-tensjoni bejn ir-Russja u l-Punent għadha qed teskala wara li truppi favur ir-Russja ħadu l-kontroll tal-Krimea. Il-pajjiżi tal-Punent ikkundannaw din il-manuvra, bil-President Amerikan Barack Obama javża dwar sanzjonijiet ħorox mill-Unjoni Ewropea u mill-Istati Uniti kontra r-Russja jekk ikomplu jinkissru d-drittijiet fl-Ukrajna.