Fit-13,14,15 u 16 t’April, Tarxien Pageant Group ser ikunu qegħdin itellgħu l-21 Pageant fl-istorja tal-grupp. B’kitba ta’ Andreas Grech u Daniel Pace, din is-sena, bħal kull sena oħra ser inkunu qegħdin naraw script ġdid u nkunu nistgħu niffokaw fuq tlett ijiem partikolari mill-ġrajja ta’ Sidna Gesu’ Kristu fil-Passjoni tiegħu.
Nistedinkom biex tiġu u tkunu parti mill-udjenza u ma titilfux din l-okkazzjoni biex tkunu minn villaġġ mibni fi grawnd ġo Ħal Tarxien. Biljetti jistgħu jinqatgħu mal-bieb jew wieħed jista jirriserva postu minn qabel billi jċemplilna fuq 79998206.
Promo:
https://www.youtube.com/watch?v=nMsD_p7aodc