Lokali

Illejla fuq Iswed fuq l-Abjad

Wara l-bulletin tal-aħbarijiet ta’ Net News isegwi l-programm Iswed fuq l-Abjad li se jiddiskuti l-aħħar żvilluppi dwar ir-riżenji mill-Kabinett li seħħew illum. Fid-diskussjoni li se titmexxa mill-Avukat Frank Psaila se jieħdu sehem il-President tal-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista, Ann Fenech u ċ-Chairman tal-Alternattiva Demokratika Arnold Cassola.

Fit-tieni parti tal-programm id-diskussjoni tkompli ma’ Andrew Azzopardi u Marica Mizzi dwar il-bijografija tal-President George Abela ppubblikata minn Kite Publishers.

Fl-aħħar parti tal-programm Iswed fuq l-Abjad se ssir intervista mal-avukat Kevin Cutajar, kandidat tal-PN għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew li se jirrakkonta kif ta’ tlettax-il sena tilef id-dawl; għaliex qed jikkontesta mal-Partit Nazzjonalista u x’jagħmel jekk jiġi elett fil-Parlament Ewropew.

Iswed fuq l-Abjad għandu repetizzjoni għada l-Ħadd fid-disa’ u nofs ta’ filgħodu.