Ir-riskji u l-perikli li jirriżultaw mit-tanker tal-gass li se jitpoġġa fil-port ta’ Marsaxlokk huma reali u ma jistgħux jkunu injorati.
Dan jirriżulta minn dikjarazzjonijiet li saru f’diskussjoni waqt il-programm Għandi Xi Ngħid ippreżentat minn Andrew Azzopardi fuq Radju Malta, mill-ambjentalisti l-Professur Edward Mallia u Alan Deidun u mis-surveyor tal-baħar Oliver Cini waqt il-programm ‘Għandi xi ngħid’.
Il-programm ddiskuta l-għażla li t-tanker jitpoġġa ‘l barra mill-port. Il-Professur Edward Mallia fakkar li kien hemm kumpanija li riedet tagħmel dan il-proġett.
Id-deċiżjoni ta’ ħażna ta’ gass f’nofs il-bajja ta’ Marsaxlokk ġabet reazzjoni mis-sajjieda li sostnew li għandu jsir breakwater, iżda mhux l-istess jaħsibha l-kandidat Laburista għall-elezzjoni tal-Parlament Charlon Gouder li tkellem dwar din it-tema fil-programm Dot Net fuq Net Television tal-Ġimgħa filgħaxija.
Id-deċiżjoni tat-tanker f’Marsaxlokk hi marbuta mal-pjani tal-Gvern għall-power station u għall-Enemalta iżda filwaqt li l-Gvern għaddej bil-proċess ta’ privatizzjoni ta’ din l-entità maċ-Ċiniżi, l-istess Charlon Gouder għandu opinjoni differenti. Charlon Gouder rrefera wkoll għall-impjiegi tal-Enemalta.
Fl-aħħar xhur ġie rrapurtat li 91% ma jaqblux li t-tanker bil-ħażna tal-gass jitpoġġa f’nofs il-Bajja ta’ Marsaxlokk. It-Tnejn li għadda, il-MEPA approvat il-permessi ghall-power station ġdida li jrid jagħmel il-Gvern u li tinkludi l-ħażna tal-gass f’Marsaxlokk.
//= $special ?>

