Lokali

Jirriżenja l-Ministru tas-Saħħa Godfrey Farrugia

Il-Gvern ta’ Joseph Muscat milqut minn żewġ rizenji hekk kif matul il-jum tas-Sibt tħabbret ir-riżenja ta’ Godfrey Farrugia minn Ministru tas-Saħħa permezz ta’ ittra li hu bagħat lill-Prim Ministru u tas-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Franco Mercieca. (filmati Godfrey Farrugia, Franco Mercieca u filmat tal-ittra ta rizenja)

L-ittra tar-riżenja ta’ Godfrey Farrugia ġiet ppublikata fuq Facebook mis-sieħba tiegħu d-Deputat Laburista Marlene Farrugia. (ritratt marlene ittra ta rizenja facebook)F’kumment ieħor fuq facebook hi qalet li ppublikat l-ittra wara li Godfrey Farrugia kien għadda l-ittra lill-Prim Ministru u lill-media u wara li ħadet permess minn Godfrey Farrugia innifsu biex tagħmel dan. (kumment fuq facebook li juri dan)

Din hi l-ewwel darba fl-istorja meta r-reshuffle li ppjana l-Prim Ministru Joseph Muscat bdiet permezz ta’ riżenja ta’ Ministru.

Filwaqt li rringrazzja lill-Prim Ministru li offrielu li jmexxi l-Ministeru tal-Politika Soċjali u l-Familja kif ukoll Ministeru ieħor, Godfrey Farrugia qal lill-Prim Ministru li hu ma xtaqx jieħu din il-kariga. (filmati ittra u Godfrey farrugia)

Godfrey Farrugia qal li hu jemmen li fl-aħħar sena, hu u sħabu ħolqu s-sisien li s-settur tas-Saħħa kellu bżonn biex isir sostenibbli.(Filmat Godfrey Farrugia)

Għalhekk hu tenna li kien se jgħaddi r-responsabbiltà tal-Ministeru tas-Saħħa lura lill-Prim Ministru, ġa la darba l-Prim Ministru ħass li għandu jagħmel dan. (Godfrey u l-Prim Ministru)

Rapporti fil-media rrapurtaw kummenti ta’ Godfrey Farrugia li fihom spjega li s-Sibt filgħodu huwa mar il-Ministeru u ħalla dokumenti kunfidenzjali ma’ żewġ uffiċjali. Wara hu mar Kastilja fejn kien infurmat li l-Prim Ministru ma kienx hemmhekk Godfrey Farrugia qal li ħalla l-ittra ta’ riżenja u talab li din titwassal lill-Prim Ministru. Sadanittant huwa bagħat sms lill-Prim Ministru biex jinfurmah bir-riżenja tiegħu. (filmati Godfrey u l-PM)

Sadanittant, is-Segretarju Parlamentari Franco Mercieca qal lil maltarightno li hu kien tkellem mal-Prim Ministru u talbu biex ma jikkunsidrahx għall-kariga fil-Kabinett meta jagħmel ir-reshuffle. (filmat Franco Mercieca)

U matul il-jum tas-Sibt kienu bosta r-reazzjonijiet dwar ir-riżenja tal-Ministru tas-Saħħa.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil f’kumment fuq twitter qal li r-riżenja ta’ Godfrey Farrugia mhux ċertifikat tajjeb għall-ewwel sena ta’ Gvern Laburista. (filmat twitter )

Fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista qal li dawn iż-żewġ riżenji juru l-mod kif Joseph Muscat l-ewwel jużak imbagħad jarmik. (filmati Jospeh muscat jidher arroganti)

Hekk għamel Muscat ma’ Godfrey Farrugia u anke’ ma’ Franco Mercieca, l-istess bħalma għamel mar-residenti tan-nofsinhar ta’ Malta bid-deċiżjoni li jankra tanker mimli gass fil-bajja ta’ Marsaxlokk, sostna il-Partit Nazzjonalista. (filmati Jospeh muscat jidher arroganti u godfrey u franco mercieca fejn jidhru tajjeb)

L-istqarrija żżid li mhux biss Muscat għamel l-ostakli kollha imaġinabbli biex Godfrey Farrugia ma jkunx jista’ jwettaq ir-responsabbilitajiet tiegħu bħala Ministru għas-Saħħa, iżda ħeba għal diversi ġimgħat ir-riżenja ta’ Franco Mercieca mill-Kabinett u mill-poplu Malti u Għawdxi. (filmati Joseph muscat jidher arroganti u godfrey u franco mercieca fejn jidhru tajjeb)

Il-Prim Ministru, sostna l-Partit Nazzjonalista, li jaħbi mill-poplu riżenja ta’ membru tal-Kabinett huwa Prim Ministru li jpoġġi l-interessi politici tiegħu qabel ir-rispett li suppost ikollu lejn il-poplu li huwa jmexxi.(filmati muscat jidher arroganti)

Il-Partit Nazzjonalista qal li Muscat kien wiegħed l-aqwa kabinett fl-istorja ta’ Malta’ u wara biss sena fil-Gvern, din il-wegħda kienet oħra minn sensiela li taret mar-riħ.