Lokali

Mistennija reshuffle fil-kabinett ta’ Joseph Muscat

Hekk kif Godfrey Farrugia rriżenja minn Ministru tas-Saħħa, jidher li l-Prim Ministru Joseph Muscat jinsab għaddej b’laqgħat ma’ membri tal-Kabinett, iħejji għal reshuffle li mistenni jagħmel fil-kabinett tal-Ministri. Jidher li fil-Palazz tal-Girgenti hemm diversi karozzi privati ta’ membri tal-kabinett u sorsi li tkellmu ma’ maltarightnow.com qalulna li fost il-Ministri li dehru deħlin fil-Palazz tal-Girgenti hemm il-Ministru għall-Affarijiet Barranin George Vella u s-Segretarju Parlamentari Stefan Buontempo. L-istess sorsi qalulna li Godfrey Farrugia jinsab fil-Palazz tal-Girgenti wkoll.

Din hi l-ewwel darba fl-istorja meta r-reshuffle li qed jippjana l-Prim Ministru Joseph Muscat bdiet permezz ta’ riżenja ta’ Ministru.

Minn informazzjoni li għandu maltarightnow.com, is-Segretarju Parlamentari Franco Mercieca tkellem mal-Prim Ministru u talbu biex ma jikkunsidrahx għall-kariga fil-Kabinett meta jagħmel ir-reshuffle.