Internazzjonali

Saadi Gaddafi jitlob skuża

Stazzjon televiżiv fil-Libja xandar filmat li juri lil Saadi Gaddafi, wieħed minn ulied l-eks Dittatur Libjan Muammar Gaddafi, jitlob apoloġija lill-poplu Libjan mill-ħabs fejn qed jinżamm bħalissa. Il-filmat inħareġ mill-awtoritajiet tal-ħabs fil-Libja.

Fil-messaġġ Saadi Gaddafi jiskuża ruħu talli ostakola s-sigurtà u l-istabilità tal-Libja u qal li kien hemm affarijiet li qatt ma messhom saru mit-tmexxija ta’ Muammar Gaddafi. Hu appella wkoll biex l-elementi armati kollha fil-Libja jċedu l-armi lill-awtoritajiet kompetenti.