Minn rappporti fil-media jirriżulta li l-editur tal-MaltaToday, Saviour Balzan irriżenja minn Viċi President tal-Birdlife Malta u r-rappreżentant tal-Birdlife fuq il-Kumitat Ornis u nforma lil dawn l-entitajiet li mhux se jibqa iktar membru.
Dan ġie kkonfermat minn Saviour Balzan innifsu mas-sit elettroniku tvm.com.mt. Hu qal li qed jirriżenja minn dawn l-entitajiet għaliex ma jridx jibqa’ f’sitwazzjoni fejn fi kwistjonijiet dwar il-kaċċa u l-insib ma jikkummentax dwarhom u lanqas jiddiskutihom fil-programm tiegħu fuq l-istazzjon nazzjonali ‘Reporter’ għaliex hu membru fil-kumitat.
//= $special ?>
