Ambjent

Titfakkar Earth Hour b’postijiet prominenti għal siegħa mitfijin mid-dawl

Is-Sibt filgħaxija pajjiżna ngħaqad mal-kumplament tad-dinja sabiex jiġu mfakkra l-attivitajiet internazzjonali ta’ Earth Hour.

Għal madwar siegħa bejn it-8.30 u d-9.30 ta’ filgħaxija s-swar tat-Tlett Ibliet, dawk tal-madwar il-Valletta Waterfront u anke taċ-Ċittadella f’Għawdex kienu mitfijin mid-dawl. Dan sabiex titqajjem kuxjenza dwar it-tibdil fil-klima u dwar il-bżonn tal-użu tal-enerġija b’mod responsabbli u t-tnaqqis tal-emissjonijiet.

B’kollox hu stmat li madwar 50 miljun ruħ ħa jkunu qed jieħdu sehem u huma bosta dawk is-setturi li joħolqu tibdil fil-klima fosthom l-enerġija, l-industrija, il-biedja, kif ukoll il-qasam tal-iskart.

Postijiet prominenti madwar id-dinja ukoll kellhom id-dawl tagħhom mitfi fosthom l-Opera House ta’ Sydney, il-Golden Gate Bridge, it-Torrie Eiffel, il-Kolossew, il-Big Ben u l-Akropolis.