Kultura Lokali Sport

65 sena ta’ mudelli t’ajruplani

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Mudelli tal-Ajruplani, fl-aħħar tlett ijiem ta’ Marzu, inkluż għada t-Tnejn, qed torganizza ezebizzjoni ta’ mudelli ta’ apparat differenti li jintuża fil-qasam tal-avjazzjoni.

Wieħed jista’ jattendi għal din l-ezebizzjoni – bl-isem- ’65 years of model aircraft flying at Ta’ Qali’ , fil-Mużew tal-Avjazzjoni f’Ta’ Qali stess.

Fost il-mudelli ta’ apparat li wieħed jista’ jara hemm aktar minn mitt ajruplan li jkun ikontrollat permezz tar-radju, mudelli ta’ ajruplani kontemporanji b’uħud minnhom ikbar minn erbgħa metri, u ħelikopters fost oħrajn.

Il-pubbliku hu mistieden sabiex għada jattendi għal din l-esebizzjoni li tiftaħ fl-10.30 ta’ filgħodu u tibqa’ miftuħa sas-6 ta’ filgħaxija.