Kultura Lokali Sport Sport Ieħor

70 dgħajsa fir-Regatta tal-31 ta’ Marzu

It-Tnejn issir ir-Regatta tal-31 ta’ Marzu magħrufa wkoll bħala dik ta’ Jum il-Ħelsien. Din se tkun festa ta’ spettaklu kbir b’madwar 200 qaddief, 70 dgħajsa li flimkien jirrappreżentaw seba’ lokalitajiet differenti.

Bħas-soltu r-Regatta se ssir fuq 10 tiġrijiet, b’ħames tiġrijiet fil-kategorija Open u ħamsa oħra fil-kategorija B. Għal darb’oħra mistennija kompetizzjoni ħarxa fit-tiġrijiet li huma, dawk tal-frejgatini, tal-kajjikki, dgħajjes tal-midalji, u dgħajjes tal-pass, ta’ bi tnejn u ta’ b’erbgħa.

Huma biss id-distrett tal-Marsa u dak ta’ Birżebbuġa li mhux se jieħdu sehem fit-tiġrijiet kolha u dan iwassal biex Bormla jkunu l-akbar favoriti għar-rebħ tax-Shield kategorija A hekk kif l-Isla din is-sena se jkunu qed jużaw din ir-regatta biex jagħtu esperjenza lill-qaddiefa żgħażagħ, l-istess kif se jkunu qed jagħmlu l-Birgu u l-Kalkara. Dawn it-tnejn tal-aħħar mistennija jagħtu sfida għar-rebħ ta’ Kategorija B. L-ewwel tiġrija tibda fis-1 p.m.

Il-qaddiefa miktuba għal din l-edizzjoni huma dawn:

Bormla – Melchior Farrugia, George Frendo, Ryan Refalo, Sven Refalo, Redent Cassar, Clyde Cutajar, Noel Bugeja, Max Mamo, Romario Brignone, Leon Vella, Neil Vella, Axl Degiorgio, Joseph Ellul, Daniel Zerafa, Antoine Brignone, Royter Borg, Dusty Cassar.

Birgu – Marlon Cutajar, Sandro Cohen, Kiesan Zammit, Dylan Portelli, Christian Galea, Jonathan Gauci, Clyde Aquilina.

Isla – Clayton Darmanin, Lawrence Ciantar, Gilmor Zammit, Glen Brincat, Davison Micallef, Wayne Xuereb, Rhys Fiteni, John Martin Mifsud.

Birżebbuġa – Andre Portelli, Jimmy Falzon, Alan Meli, Redent Bonello, Roderick Mallia, Dirk Attard, Kevin Attard, Jimmy Falzon, Shane Schembri, Charlton Zammit, Damian Attard, Russel Bugeja, Conrad D’Amato.

Marsamxett – Peter Cremona, Hugh Camilleri, Ronnie Cremona, Gino Viacava, George Xuereb, Clifford Curmi, Jesmond Debattista, Rafel Degiorgio.

Kalkara – Matthew Micallef, Kurt Vassallo, Mariano Rodriguez, William Mifsud, Gorg Grech, Sacha Attard, Donald Gilford.

Marsa – Jurgen Camilleri, Christian Camilleri, Christian Aquilina, Charlton Abela, Dennis Thornton,. Clifton Camilleri, Clive Casha.