Internazzjonali

Il-familja rjali tippoża għal ritratt… irjali

IR-RENJU UNIT

Ritratt li nħareġ fi tmiem il-ġimgħa minn Buckingham Palace li juri lil Catherine, id-Dukessa ta’ Cambridge, flimkien mar-raġel tagħha, il-Prinċep William, id-Duka ta’ Cambridge, flimkien ma’ ibinhom il-Prinċep George, li twieled tmien xhur ilu, u l-kelb tagħhom Ludo.

Ir-ritratt inħareġ hekk kif il-koppja se tibda vjaġġ din il-ġimgħa fl-Awstralja u New Zealand. Dan hu l-ewwel ritratt uffiċjali tat-tifel minn mindu tgħammed f’Ottubru.