Il-Kulleġġ Kunsilliera Lokali Partit Nazzjonalista (KKLPN) kellu l-ewwel laqgħa tiegħu wara l-Laqgħa Annwali Ġenerali ta’ nhar l-Erbgħa 26 ta’ Marzu 2014, li fiha ġew eletti 15 il-persuna.
Matul din il-laqgħa Graziella Galea ġiet mill-ġdid maħtura fil-kariga ta’ President, Amanda Abela fil-kariga ta’ Segretarja tal-Kulleġġ, Alexiei Dingli fil-kariga ta’ Viċi President, Charles Bonello fil-kariga ta’Viċi Segretarju, Ann Marie Muscat Fenech Adami fil-kariga ta’ Teżorier, Ishmael Dalli fil-kariga ta’ Segretarju Internazzjonali filwaqt li Mark Azzopardi, Pierre Portelli u Angelo Micallef ser jikkordinaw ir-Relazzjonijiet Pubbliċi tal-istess KKLPN.
Ir-rappreżentanti tal-KKLPN fuq l-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista se jkunu Graziella Galea u Amanda Abela bħala President u Segretarju Ġenerali rispettivament u Mark Azzopardi.
Il-membri l-oħra fi ħdan l-eżekuttiv tal-KKLPN huma Anthony Chircop, Stanley Zammit, Alan Abela Wedge, Roderick Aquilina, Stefan Cordina u Paul Buttiġieġ.
Il-Kulleġġ Kunsilliera Lokali Partit Nazzjonalista fi stqarrija rringrazzja lil dawk il-membri tal-eżekuttiv preċidenti tal-ħidma sfieqa tagħhom filwaqt li jħares il-quddiem b’ħegga u enerġija.
//= $special ?>