Internazzjonali Saħħa

L-Ebola toqrob lejn il-fruntiera tas-Senegal

IL-GUINEA

Hekk kif qed jiżdiedu l-vittmi mill-marda tal-Ebola fil-Guinea, il-Gvern tas-Senegal għalaq ilf-runtiera fin-Nofsinhar tal-pajjiż ma’ dan il-pajjiż ġar. Dan wara rapporti ta’ nies infettati f’dak ir-reġjun tal-Guinea.
L-Ebola hi marda fatali f’kważi 90 fil-mija tal-każi u m’hux magħruf eżattament kif tittieħed u m’hemm ebda kura għaliha.

Hu stmat li s’issa minħabba din il-marda mietu 70 persuna u hemm 11-il każ suspettat fi Sierra Leone u l-Liberja. Dan fost tħassib kbir minħabba s-sistema tas-saħħa batuta f’dawn il-pajjiżi.

Il-Ġimgħa, il-Gvern tas-Senegal ħabbar ukoll li kien se jibda jkun hemm testijiet mediċi fuq it-titjiriet bejn il-kapitali Dakar u l-kapitali tal-Guinea Conakry, fejn kienu konfermati tmien każi tal-Ebola fosthom mewt.
Is-sitwazzjoni bħalissa fil-Guinea hi meqjusa bħala l-agħar minn mindu fl-2007 187 persuna mietu minħabba din il-marda fil-Kongo.

Il-maġġoranza tal-każi fil-Guinea seħħew fix-Xlokk tal-pajjiż qrib il-fruntiera ma’ Sierra Leone u l-Liberja imma issa hemm il-każi anki fil-kapitali u hemm tħassib kbir. Dan peress li għad-differenza taz-zoni remoti, Conakry, mijiet ta’ eluf ta’ nies igħixu flimkien f’zoni fqar u l-possibbilta li l-marda tittieħed huma akbar.. L-awtoritajiet fil-Guinea damu sittm ġigmħat biex jindunaw li kienet feġġet l-Ebola fost il-popoalzzjoni.

L-Ebola aktarx tittieħed għall-ewwell mill-konsum ta’ ċertu annimali salvaġġ imma imbagħad tista’ tittieħed minn bneidem għal bniedem bil-kuntatt u tikkawża l-mewt tal- billi wieħed jisvina.