Futbol Sport

Mourinho – Issa impossibbli li nirbħu l-Kampjonat

Il-manager ta’ Chelsea Jose Mourinho qal li l-klabb tiegħu issa ma jistax jirbaħ il-Premier League wara wirja xejn konvinċenti u telfa 1-0 għand Crystal Palace is-Sibt. Monkejja dna il-Blues għadhom ma’ ta’ quddiem.

Mistoqsi dwar jekk Chelsea jistgħux xorta waħda jirbħu l-kampjonat għall-ewwel darba sa mill-2009-10. Mourinho qal, “Issa impossibbli li nirbħu l-Kampjonat. Niddependu wisq fuq riżultati oħra. Meta tkun tiddependi ftit, hu possibli imma meta tkun tiddependi ħafna, naħseb li hu impossibli. Matematikament kollox għadu possibli imma l-matematika u r-realta` mhumiex l-istess.”

Mourinho ammetta lit-tim tiegħu ma kien jimmeritah xejn kontra Palace. Huwa faħħar lil Ivanovic, Azpilicueta, Terry u Cahill imma qal li l-plejers l-oħra kienu nieqsa “mill-mentalita` meħtieġa u l-kwalita`”.

Mourinho spjega wkoll għalfejn ġera lejn ball boy li naqas milli jagħtu l-ballun mill-ewwel lil Azpilicueta. “Mhux sewwa li nedukaw it-tfal hekk. Mort biex inwaqqaf lil Azpilicueta għaliex bżajt li se jitlef it-tempra u jimbotta lit-tifel jew jagħmel bħalma għamel Hazard kontra Swansea s-sena l-oħra. Għidt lit-tifel biex ma jagħmilx dawn l-affarijiet. Għidtlu li jekk jibqa’ jagħmel hekk, xi darba jsib xi ħadd li jtih daqqa ta’ ponn.”

Hazard kien tkeċċa fil-League Cup kontra Swansea l-istaġun l-ieħor meta pprova jagħti bis-sieq ballun li kien taħt ball boy li kien waqa’ fuqu.