Aktar minn €50,000 fi flus insterqu fis-sigħat bikrin tal-Ħadd 30 ta’ Marzu minn MORE Supermarket fil-Mosta. Il-Pulizija qalu li ma kienx hemm żgass. Għalkemm il-Pulizija kienu għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħhom, bir-rispons immedjat u l-appoġġ tal-Korp tal-Pulizija, sa nofsinhar is-supermarket reġa fetaħ bħas-soltu.
Jekk xi membru tal-pubbliku jaf bi kwalunkwe informazzjoni relatata ma’ din is-serqa huwa ġentilment mitlub jikkuntattja l-Korp tal-Pulizija.
L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.
//= $special ?>

