Internazzjonali

Franza jbiddlu l-Prim Ministru

Il-Partit Soċjalista tal-President Franċiż Francois Hollande sofra tkaxkira kbira fl-elezzjonijiet għall-Kunsilli Lokali li saru l-Ħadd. Is-Soċjalisti tilfu l-kontroll ta’ 155 belt li għandhom aktar minn 9,000 resident.
Bħala konsegwenza ta’ dan ir-riżultat, Hollande għamel reshuffle tal-Kabinett fejn fost l-oħrajn biddel il-Prim Ministru.
Fl-elezzjonijiet mar tajjeb ħafna l-partit tal-eks President Franċiż Nicolas Sarkozy kif ukoll l-estremisti tal-lemin.